L-użu tal-Malti fl-UE

Il-gvern Malti għandu d-dmir, imniżżel fil-liġi Maltija, li jippromwovi l-ilsien Malti. Biex dan id-dmir inwettquh għandu jkun hemm politika ċara fl-amministrazzjoni pubblika favur l-użu tal-Malti. L-inqas ħaġa li għandu jagħmel il-gvern Malti hi li, almenu, fil-komunikazzjoni formali tiegħu mal-istituzzjonijiet tal-UE, jinsisti li juża l-Malti. Din għandha tkun il-prassi naturali tal-Istat Malti f’din l-organizzazzjoni supranazzjonali li qed tagħraf lil ilsienna bħala wieħed mil-lingwi uffiċjali tagħha.

Bl-użu konsistenti tal-ilsien Malti fl-Unjoni Ewropea, minbarra li nżidu l-viżibbiltà għal pajjiżna fi ħdan l-istituzzjonijiet varji tagħha, inkunu qed insaħħu l-pożizzjoni li jgawdi lsienna bħala wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Użu tal-Malti fl-UE (dokument sħiħ)

L-Użu tal-Malti fl-UE (dokument imqassar)