It-titli televiżivi

Bi sħab mal-Awtorità tax-Xandir, il-Kumitat tat-Terminoloġija tal-Kunsill iffinalizza lista uffiċjali ta’ titli televiżivi għall-ftuħ jew l-għeluq tal-programmi.Din għaddiet lill-istazzjonijiet u l-produtturi kollha tax-xandir permezz ta’ ċirkulari. Nirringrazzjaw lis-Sur Pierre Cassar, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir, u lis-Sur Jean Pierre Caligari mill-istess Awtorità tal-koperazzjoni sħiħa tagħhom.