Il-prodotti kummerċjali

Il-Kunsill għaraf li l-frażi “Dan il-programm għandu t-tqegħid tal-prodott” li kienet qed tintuża mill-istazzjonijiet lokali ma kinitx qed tinftiehem min-nies.

Għaldaqstant għamel sejħa għal suġġerimenti minn kull min kien interessat. Minn fost l-alternattivi kollha li rċieva, kif ukoll minn dak issuġġerit fl-ittri lill-editur lill-gazzetti lokali, il-Kunsill, permezz tal-Kumitat tiegħu għat-Terminoloġija, iddeċieda fuq: “F’dan il-programm jidhru xi prodotti kummerċjali.”

Id-deċiżjoni tal-Kunsill, bi qbil mal-Awtorità tax-Xandir, għaddiet lix-xandara kollha bċirkulari u daħlet fis-seħħ.