Din il-pubblikazzjoni, bil-fehmiet ta’ 30 persuna mill-qasam edukattiv fuq l-użu tal-Malti u l-Ingliż fl-iskejjel mis-snin bikrin tal-iskola, serviet ta’ dokument għad-diskussjoni waqt seminar li kien organizzat apposta mill-Kunsill u d-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fuq dan is-suġġett is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2009.