L-għanja tal-Happy Birthday famuża mad-dinja kollha. Kulħadd ikantaha bil-lingwa tiegħu, u aħna ħsibna li noħorġu l-verżjoni tagħha bil-Malti, kif jixraq.
Dan hu proġett ieħor bejn il-Kunsill tal-Malti u l-Uffiċjal Edukattiv tal-Malti għall-Primarja, David Agius Musc
at.
Mela meta xi ħadd jagħlaq sninu, inkantawlu hekk (fuq l-istess melodija):
Ferħ u awguri f’dal-jum,
għeluq sninek illum.
Ferħ u awguri lil …
Ferħ u awguri f’dal-jum!
Tista’ tismagħha u tkanta magħha (karaoke) minn hawn. Mill-istess paġna tal-YouTube, apparti l-Ferħ u Awguri ssib ukoll il-Qalbhom Tajba, kantati fuq il-melodija tal-For He’s/She’s a Jolly Good Fellow.
Il-kanzunetti ġew imnedija l-Palazz ta’ Sant’Anton, f’sorpriża li għamilna lill-E.T. l-President ta’ Malta, Dr George Abela f’għeluq sninu.
Biex jikkumplimenta l-proġett, il-Kunsill ħareġ chart u diska kompatta, bi sħab mad-Dipartiment tal-Kurrikulu, għal kull klassi tal-Primarja li tqassmu mill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti. Bħalissa qed naħdmu biex ikollna verżjoni bl-ilħna tal-adulti għal attivitajiet tal-kbar u għar-restoranti.
Inħeġġuk tkanta dawn il-kanzunetti fil-klassi meta xi ħadd jagħlaq sninu, u d-dar f’xi festin li torganizzaw.
Nirringrazzjaw lill-Prof. Manwel Mifsud li ħa ħsieb il-kitba tal-verżjoni bil-Malti tat-tliet kanzunetti.




29 ta’ Frar 2012