Qabel il-Kunsill tal-Malti

Qabel ġie stabbilit il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, l-Akkademja tal-Malti kienet l-għaqda volontarja li rabtet isimha mal-kultivazzjoni tal-Malti għax kienet twaqqfet apposta fl-1920 biex tistandardizza l-ortografija. Fl-Akkademja, li dak iż-żmien kienet tissejjaħ l-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, kien hemm l-aqwa kittieba, bħal Dun Karm, Ġużè Galea u Ġużè Muscat Azzopardi. Kien hemm ukoll l-aqwa filologi Maltin ta’ dik il-ħabta, bħal Pietru Pawl Saydon u Ninu Cremona. L-akbar biċċa xogħol li għamlet l-Akkademja, mela, kienet l-istandardizzazzjoni tal-ortografija – ħidma li l-awturi, il-pubblikaturi u l-għalliema kienu jħossu bżonnha dak iż-żmien ħalli jkun hemm sistema waħda uniformi ta’ kitba bil-Malti.

Imma x-xogħol fuq l-ortografija huwa parti żgħira mill-politika lingwistika.

Ġara wkoll li fl-1937 l-Università ta’ Malta waqqfet id-Dipartiment tal-Malti u fl-1988 l-Istitut tal-Lingwistika. Il-membri taż-żewġ entitajiet huma kkwalifikati akkademikament imma dawn ma kellhomx setgħa jfasslu l-politika lingwistika għal pajjiżna.

Maż-żmien kien hemm diversi tentattivi biex issir liġi li ssaħħaħ il-qagħda tal-ilsien Malti f’Malta. Fl-1994 twaqqaf il-Bord għall-Ilsien Malti li bis-saħħa tar-rapport tiegħu Strateġija għal-Lingwa Nazzjonali (2001), li l-imħuħ ewlenin warajh kienu l-Prof. Manwel Mifsud u l-Prof. Albert Borg mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università, wasalna biex fl-2005 l-Parlament approva unanimament il-Liġi tal-Malti. Din kienet imbuttata mill-Onor. Louis Galea, li dak iż-żmien kien il-Ministru tal-Edukazzjoni. B’din il-liġi, l-Istat beda jikkontribwixxi b’mod konkret għall-ħarsien u l-iżvilupp tal-ilsien nazzjonali. Bl-istess liġi, twaqqaf ukoll il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti li huwa l-uniku korp tal-gvern responsabbli mill-iżvilupp tal-lingwa Maltija u mill-Malti bħala lsien uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Akkademja tal-Malti llum hi ffukata aktar fuq il-qasam letterarju tal-Malti, filwaqt li l-Kunsill tal-Malti jiddedika aktar ir-riżorsi tiegħu fuq l-aspett lingwistiku. Il-Kunsill jikkordina wkoll il-ħidma tiegħu flimkien mal-għaqdiet volontarji l-oħra tal-Malti, u dipartimenti varji fl-Università, biex jilħaq il-miri tiegħu b’risq l-ilsien nazzjonali.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Il-Kunsill tal-Malti huwa magħmul minn 15-il membru. Fosthom hemm rappreżentanti mid-Dipartiment tal-Malti u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università, l-Akkademja tal-Malti, l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, il-pubblikaturi, it-tradutturi tal-istituzzjonijiet Ewropej, u l-ġurnalisti u x-xandara.

Il-Kunsill jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Bis-setgħa tal-Liġi jgawdi mill-awtonomija li tixraqlu fil-qadi ta’ dmirijietu. Jaħdem billi jiddelega x-xogħol lill-Kumitati Tekniċi tiegħu, maħtura apposta minnu, li jieħdu ħsieb l-oqsma tat-Terminoloġija u t-Traduzzjoni, l-Edukazzjoni, ix-Xandir, ir-Riċerka Lingwistika u l-Ortografija, l-Iżvilupp tal-Malti fl-Informatika, il-Letteratura u l-Pubblikazzjoni, u l-Qasam tal-Mużika u l-Ispettaklu.

Il-Kunsill huwa membru tal-Federazzjoni Ewropea tal-Istituzzjonijiet Nazzjonali tal-Lingwa (EFNIL) li tiġbor fiha l-istituzzjonijiet tal-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-Membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti

Il-membri tal-ħames terminu tal-Kunsill (2020- )

President Dr Olvin Vella
Membri Jean-Pierre Caligari
Mauro Camilleri
Prof. Ray Fabri
Dr George Farrugia
Dr Simone Inguanez
Daniela Meli
Joseph Mizzi
David Muscat
Dr Terence Portelli
Jesmond Sharples
Victor Vella
Claire Zerafa
Dr Helga Zahra


Il-membri tar-raba’ terminu tal-Kunsill (2017-2020)

President Prof. Joe Friggieri
Membri Keith Azzopardi (mill-għaqdiet tal-Malti)
Jean-Pierre Caligari (mill-Awtorità tax-Xandir)
Mauro Camilleri (mill-qasam tal-Malti fl-iskejjel indipendenti)
Prof. Antoinette Camilleri Grima (mill-qasam tat-tagħlim tal-Malti fil-Fakultà tal-Edukazzjoni)
Charles Flores (mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin)
Dr Chris Gruppetta (mill-pubblikaturi Maltin)
Dr Simone Inguanez (mill-Kunsill Malti għall-Arti)
Daniela Meli (mill-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni taċ-Ċivil)
Prof. Manwel Mifsud (mill-Akkademja tal-Malti)
David Muscat (mill-qasam tal-Kurrikulu fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni)
Prof. Sergio Portelli (mid-Dipartiment tal-Istudji tat-Traduzzjoni, it-Terminoloġija u l-Interpretar fl-Università)
Dr Olvin Vella (mid-Dipartiment tal-Malti u l-Istitut tal-Lingwistika u t-Teknoloġija tal-Lingwa fl-Università)
Claire Zerafa (mill-qasam tal-Malti fl-iskejjel tal-Knisja)
Dr Joseph Chircop (osservatur mid-dipartimenti tat-traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea)


Il-membri tat-tielet terminu tal-Kunsill (2013-2016)

President Prof. Ray Fabri
Viċi President Charles Flores
Segretarju Dr George Farrugia
Membri David Agius Muscat
Prof. Albert Borg
Dr Peter Grech
Dr Simone Inguanez
Victor Laiviera
Prof. Manwel Mifsud
David Muscat
Dr Michael Spagnol

 

Il-membri tat-tieni terminu tal-Kunsill (2009-2012)

President Prof. Manwel Mifsud
Viċi President Dr Simone Inguanez
Segretarju Dr George Farrugia
Membri David Agius Muscat
Clare Azzopardi
Dr Joseph Axiaq
Prof. Albert Borg
Prof. Ray Fabri
Mario Schiavone
Olvin Vella

 

Il-membri tal-ewwel terminu tal-Kunsill (2005-2008)

President Prof. Manwel Mifsud
Viċi President Dr Josette Attard
Segretarju Dr George Farrugia
Membri Prof. Albert Borg
Joseph P. Borg
Prof. Charles Briffa
Victor Cauchi
Prof. Ray Fabri
Prof. Joe Friggieri
Dr Simone Inguanez
Mario Schiavone
Skip to content