Żewġ korsijiet għall-ġenituri u n-nanniet

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u d-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu temmew b’suċċess żewġ korsijiet oħra fl-ortografija għall-ġenituri u n-nanniet. Kors minnhom tmexxa mis-Sa Claire Zerafa u ieħor mis-Sur Lawrence Deguara.

Dawk kollha li attendew ħadu gost ħafna u tgħallmu affarijiet ġodda fuq ir-regoli tal-kitba ta’ lsienna. Hekk se jkunu jistgħu jgħinu aħjar lil uliedhom u lin-neputijiet tagħhom fl-istudju.

Il-konkorrenza numeruża għal dawn iż-żewġ korsijiet bla ħlas, tħeġġiġna nkomplu noffruhom. Fil-fatt, dalwaqt norganizzaw aktar korsijiet bħal dawn.