Korsijiet ta’ Aġġornamnet Volontarju

Il-Kunsill tal-Malti, bi sħab mad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu, se jorganizza sensiela oħra ta’ korsijiet volontarji għall-għalliema, l-LSAs, il-KGAs, il-ġenituri u n-nanniet, u l-pubbliku. Se nniedu wkoll kors fuq il-Malti għall-ġenituri barranin.

Dawn il-korsijiet huma maħsuba kemm għal dawk li jħossu l-ħtieġa li jitgħallmu l-Malti u/jew isaħħu l-għarfien tagħhom fil-Malti, kif ukoll għal dawk li jridu jidħlu aktar fil-fond fl-għarfien tal-istrutturi lingwistiċi tiegħu. Minbarra l-parti teoretika, f’kull kors se jkun hemm ukoll il-prattika.

Il-korsijiet se jsiru bejn Frar u Mejju 2016 u jieħdu sitt ġimgħat, b’lezzjoni ta’ sagħtejn, darba fil-ġimgħa.

Min jattendi s-sessjonijiet kollha jingħata ċertifikat uffiċjali mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u d-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.

Il-korsijiet huma bla ħlas u għalihom jingħażlu l-ewwel tletin li japplikaw għal kull kors.

It-tagħrif kollu dwar dawn il-korsijiet issibu minn din iċ-ċirkulari

Nirringrazzjaw lill-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti għall-koperazzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ dawn il-korsijiet.