Kors ieħor ta’ aġġornament għall-għalliema tal-Primarja

Intemm kors ieħor ta’ aġġornament volontarju fl-ortografija tal-Malti għall-għalliema tal-Primarja, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti flimkien mat-Taqsima tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu. Dan il-kors kien jinvolvi tnax-il siegħa ta’ taħriġ għall-għalliema, u opportunità tajba biex jikkjarifikaw xi diffikultajiet fil-kitba li seta’ kellhom. Għall-kors attendew ‘il fuq minn 30 għalliem.