Kors għall-għalliema tas-Sekondarja li ma jgħallmux il-Malti

Sar kors mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u t-Taqsima tal-Malti tad-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu għall-għalliema tas-Sekondarja li mhumiex għalliema tal-Malti, imma li jużaw il-Malti fit-tagħlim, jew iħossu l-ħtieġa li jsaħħu l-għarfien tagħhom fl-ortografija. Dan il-kors, bl-isem ‘L-Ortografija tal-Malti’, kien miftuħ fuq bażi volontarja għall-għalliema fl-iskejjel sekondarji kollha, jiġifieri tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti u kien opportunità tajba għall-għalliema biex jistaqsu d-diffikultajiet tagħhom fil-kitba. Il-konkorrenza għall-kors, kienet waħda numeruża.