Illum m’għadhiex problema biex tittajpja l-ittri tal-Malti (Ċċ, Ġġ, Ħħ, Żż, Àà, eċċ.) kemm jekk għandek kompjuter jew laptop bis-sistema Windows jew bis-sistema Mac. M’hemm bżonn tniżżel u tinstalla xejn, kemm tattiva l-Malti bi proċedura sempliċi ta’ darba, u tkun tista’ tibqa’ tikteb bl-Ingliż ukoll. B’hekk tkun tista’ tuża l-Malti f’kull programm diġitali u fil-posta elettronika, mhux biss fid-dokumenti, u tibqa’ tuża t-tipi li inti mdorri/ja bihom bħall-Calibri, l-Arial, it-Times New Roman, l-Andika, il-Comic Sans, il-Helvetica, u l-bqija.

Il-Kunsill tal-Malti ħareġ il-manwal t’hawn taħt (fuq ix-xellug) li jiggwidak kif tagħmel dan fis-sistemi Windows 8, 8.1 u 10, il-Mac, l-iOS u l-Android. Għal sistemi aktar antiki, tista’ tirreferi għall-manwal ta’ qablu (hawn taħt, fuq il-lemin). F’dawn il-manwali ssib ukoll għadd ta’ mistoqsijiet komuni, li spiss jidħlulna mingħand il-pubbliku, imwieġba.

Tagħrif ieħor, bil-filmati, issibu mill-istazzjon tal-YouTube tal-Kunsill tal-Malti.

Microsoft u Mac

Microsoft

verżjonijiet antiki

Tista’ tikteb bil-Malti wkoll minn smartphone jew tablet – Android jew iOS – billi tniżżel app (Gboard jew Swiftkey).

Iż-żewġ apps huma komdi għax jintegraw l-ittri tal-Malti fit-tastiera tal-apparat diġitali tiegħek, mingħajr ma jkollok għalfejn tikteb u tikkopja l-kitba bil-Malti minn post għal ieħor.

Skip to content